Grupp PPE

il-Futur ta’ l-Ewropa

#CoFoE

X’għandna għalik?

Aħna fil-Grupp PPE fil-Parlament Ewropew organizzajna xi attivitajiet edukattivi virtwali u divertenti għalik, għall-familja u l-ħbieb tiegħek! Dawn l-attivitajiet se jsiru, mhux biss għall-‘Ġimgħa Ewropea’ 3-8 ta’ Mejju, iżda wkoll għax-xahar kollu ta’ Mejju!

Nisperaw li tieħu din l-opportunità biex tieħu gost, titgħallem aktar dwar il-Grupp PPE fil-Parlament Ewropew u fl-istess ħin ikollok il-possibbiltà li tirbaħ premjijiet kbar għall-parteċipazzjoni tiegħek; Vjaġġi lejn Brussell wara l-COVID, medalji u ċertifikati għar-rebbieħa. Żagħżugħ jew żagħżugħa se jistgħu jkunu r-rebbieħa tal-kompetizzjoni li trebbaħ apprendistat ta’ 5 xhur mal-Grupp tagħna fi Brussell.

Attivitajiet

Ikklikkja u Esplora

EPP Group Quiz

Togħma tal-Ewropa

riċetti u dimostrazzjoni
EPP Group Quiz

Ittestja l-Għarfien Tiegħek

kwiżżis
EPP Group Quiz

Immaġina l-futur

kompetizzjoni tat-tpinġija
EPP Group Quiz

Ritratt tal-Ewropa

kompetizzjoni tar-ritratti
EPP Group Quiz

INTI l-Futur tal-Ewropa

kompetizzjoni tal-komponimenti

Togħma tal-Ewropa

Riċetti u Dimostrazzjoni tat-Tisjir

Ingħaqad magħna għal pjaċir kulinari.
Ivvjaġġa magħna permezz tat-‘Togħma tal-Ewropa’
‘EXTRA’: Fis-6 ta’ Mejju minn 12h00 sa 13h00

Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tagħna se jkun id-dimostrazzjoni LIVE tat-tisjir li turi platti tradizzjonali Ewropej li ser jinżamm nhar il-Ħamis 6 ta’ Mejju minn 12h00 – 13h00 (dan jixxandar ukoll fuq il-websajt tal-Parlament Ewropew). Qabel ‘Cook off’ ser ikollna riċetti disponibbli minn kull wieħed mis-27 Stat Membru, magħżula minn Membri mid-delegazzjonijiet nazzjonali tiegħek bħala l-platti nazzjonali favoriti tagħhom sabiex tniżżilhom, issajjar u tikolhom id-dar!

Ingħaqad fid-Dimostrazzjoni tat-Tisjir tagħna fejn kok professjonali jsajjar ir-riċetti favoriti tal-4 Membri mistiedna tagħna mill-Grupp PPE (wieħed minn kull wieħed mit-tliet Stati Membri li fihom il-PE għandu siġġijiet uffiċjali, u d-detenturi tal-Presidenza attwali tal-Kunsill Ewropew tal-UE, il-Portugall):

  • Tom Vandenkendelaere (BE)
  • Anne Sander (FR)
  • Christophe Hansen (LU)
  • Lidia Pereira (PT)

Ittestja l-Għarfien Tiegħek

Kwizzijiet Divertenti

Attiv sa: 14 ta’ Ġunju 2021

Tħoss li trid titgħallem xi fatti ġodda dwar l-Unjoni Ewropea?

Qed tfittex modi divertenti u innovattivi biex tintroduċi l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha lil uliedek jew l-istudenti tiegħek?

Jew forsi sempliċement qed tfittex sfida?

Jkull kif, għandna xi ħaġa għalik!

Iċċekkja l-kwizzijiet esklussivi tal-Grupp PPE fuq l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha. Tista’ tagħżel bejn iż-żewġ mudelli tagħna: wieħed “għall-familja”, irrakkomandat għal żgħażagħ Ewropej, familji jew saħansitra eżerċizzji fil-klassi; u modalità “sfida lilek innifsek”, iddisinjata għal dawk aktar esperti dwar l-UE.

Ħu gost, irrilassa u gawdi! Kull kwizz jikkonsisti f’sett ta’ 25 mistoqsija.

Immaġina l-futur

Kompetizzjoni tal-Arti

Skadenza: 14 ta’ Ġunju 2021

Int De Lempicka jew Picasso ieħor?

Inħobbu niskopru t-talent tal-arti Ewropew!

Tista’ tirbaħ vjaġġ fi Brussell, id-dar ta’ bosta mill- Artisti Ewropej l-Kbar bħal Bruegel u Magritte u d-dar tal-aktar illustratur famuż tal-istrixxi tal-komiks kollha, Hergé, kreatur ta’ ‘Tintin’!

Għaliex ma tidħolx fil-kompetizzjoni tal-arti tagħna u turina l-viżjoni tiegħek fuq waħda mit-temi li ġejjin permezz ta’ pittura/tpinġija jew permezz ta’ komiks animat?

  • Kif tara l-futur tiegħek fl-Ewropa?
  • Xi tfisser għalik l-Ewropa jew li tkun parti mill-Unjoni Ewropea?
  • X’jogħġbok dwar l-Ewropa?
  • Kif tara l-futur?

Tista’ tagħżel bejn żewġ mezzi ta’ arti differenti:

  • Pittura/tpinġija
  • Storja tal-komiks

Biex tapplika trid:

    1. Żebgħa, pinġi jew iddisinja l-biċċa tal-arti tiegħek
    2. Tella’ x-xogħol tiegħek hawn taħt
    3. Issottometti

Skopri aktar taħt Regoli u Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. ITGĦALLEM AKTAR

Ritratt tal-Ewropa

Kompetizzjoni tal-Fotografija

Skadenza: 14 ta’ Ġunju 2021

Int dilettant tar-ritratti?
Għandek għajn għall-fotografija?
Nixtiequ naraw id-dinja mil-lenti tiegħek.

Għaliex ma tidħolx fil-Kompetizzjoni tal-Fotografija tal-Grupp PPE tagħna u tirbaħ vjaġġ b’xejn lejn Brussell, fil-qalba tal-Istituzzjonijiet Ewropej?

Ibgħatilna ritratt li jirrappreżenta kif tara l-Ewropa jew kif tħossok dwar l-Ewropa. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek! Il-veduta favorita tiegħek, Post, Belt, Pajjiż, Nies.

Dak li qed infittxu huwa ‘ veduta momentarja tal-Ewropa’ permezz ta’ ritratt:

    1. Iġbed ritratt
    2. Tella’ x-xogħol tiegħek hawn taħt
    3. Issottometti

Skopri aktar taħt Regoli u Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. ITGĦALLEM AKTAR

INTI l-Futur tal-Ewropa

Kompetizzjoni ta’ Komponiment Dokument ta’ Pożizzjoni

Skadenza: 14 ta’ Ġunju 2021

Int student/a Ewropew undergraduate jew student/a gradwat u għandek passjoni biex issawwar il-futur tal-UE?

Trid tirbaħ iċ-ċans ta’ apprendistat mal-Grupp PPE?

Allura dan huwa l-post tajjeb għalik:

Merħba fil-Kompetizzjoni ta’ Komponiment Dokument ta’ Pożizzjoni tal-Grupp PPE

Fil-PPE qed inħarsu lejn il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ dawk li jfasslu l-politika biex nistednuhom biex mill-ewwel jindrizzaw problema li taffettwahom, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija Covid-19: Il-Qgħad fost iż-Żgħażagħ.

Irridu nisimgħu t-tweġibiet tiegħek u s-soluzzjonijiet proposti għall-mistoqsija hawn taħt magħmula minn Manfred Weber, il-President tagħna tal-Grupp PPE, waqt il-konferenza tagħna dwar #JobsJobsJobs f’Marzu:

“Jekk il-ġenerazzjoni tal-lum hija l-aktar waħda qatt edukata, imma bħalissa l-akbar problema hija l-qgħad, x’inhu sejjer ħażin?  U x’qed tistenna mill-UE biex tipprovdi futur tajjeb għall-ġenerazzjoni żagħżugħa?”

Biex tapplika trid:

    1. Ikteb il-komponiment tiegħek (li jrid ikun bl-Ingliż u b’massimu ta’ 2000 kelma)
    2. Tella’ x-xogħol tiegħek hawn taħt
    3. Issottometti

Skopri aktar taħt Regoli u Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. ITGĦALLEM AKTAR